Żewġ immigranti rregolari jmutu wara li ġew salvati f’Lampedusa

Żewġ immigranti rregolari mietu, sigħat wara li kienu salvati mill-gwardji tal-kosta Taljani.

B’kollox il-grupp kien jikkonsisti mad-90 persuna u d-destinazzjoni aħħarija tagħhom kienet Lampedusa.

Jirriżulta li l-parti l-kbira tagħhom instabu f’kundizzjoni ta’ saħħa ħażina u bi ħwejjiġhom imxarbin.  Dan wassal biex bagħtew il-bard u din kienet il-kawża tal-mewt ta’ tnejn minn dan il-grupp.

F’temp ta’ jumejn, mal-kosta ta’ Sqallija, daħlu mal-500 immigrant irregolari.