Żewġ ħarġet virtwali għall-istudenti tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl

Il-pandemija tal-Covid-19 ma waqqfitx lill-għalliema tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl biex jieħdu l-istudenti tagħhom fuq ħarġet kulturali, anki jekk dan fisser li jagħmlu dan b’mod virtwali.

Is-Sur Kenneth Debono u s-Sinjura Gabriella Gauci għamlu kuntatt mas-Sur G. Farrugia, storiku lokali, biex setgħu iwasslu lezzjonijiet speċjali permezz ta’ ħarġiet virtwali fil-Villa Rumana u fil-Bet Valletta.

L-istudenti pparteċipaw bl-aktar mod attiv billi staqsew mistoqsijiet interessanti ħafna u ta’ dan l-għalliema rringrazzjaw lill-ġenituri tal-istudenti tal-klassi tal-Junior 4 li appoġġjaw l-inizjattivi tagħha matul il-perjodu li għadna kif għaddejna minnu.