Żewġt irġiel armati jorbtu raġel u jisirquh

Ħadd ma weġġa’ f’serqa li saret dalgħodu minn residenza f’Tas-Sliema.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt il-ħallelin kienu tnejn u meta daħlu sabu raġel ta' 56 sena li qabbduh u rabtuh ma' siġġu.
Iż-żewġt irġiel kienu mgħammda u armati.
Il-ħallelin serqu diversi oġġetti fosthom flus kontanti.
Huma ħarbu minn fuq il-post u ħallew lir-raġel marbut.
Dan irnexxielu jinħall u ċempel għall-għajnuna.
Is-serqa seħħet fi Triq Norfolk għall-ħabta tal-għaxra.