Aġġornata (2): Żewġ ħaddiema jaqgħu ġo xaft fl-Imrieħel

Ħaddiem qed isofri minn ġrieħi gravi u ieħor feriti ħfief wara li t-tnejn li huma waqgħu ġo xaft waqt li kienu qed jagħmlu xi xogħol ġo fabbrika fl-Imrieħel.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10:30am.
Iż-żewġ ħaddiema, waqgħu għoli ta' madwar tliet sulari.
Fuq il-post issejħu l-Membri tal-Protezzjoni Ċivili li tellgħu liż-żewġ ħaddiema.
Huma ttieħdu l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.