Jaħbat f’siġra f’Burmarrad; 2 l-isptar

aċċident mutur San Ġiljan

Sewwieq u l-passiġġier ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu f’Burmarrad.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fid-9am meta x-xufier baqa’ dieħel ġo xi siġar u boundary wall fi Triq Burmarrad.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Fl-inċident l-ieħor f’Burmarrad stess jidher li kien hemm involut mutur. Madanakollu s-sewwieq ma weġġax.