Żewġ ġuvintur jinqabdu jivvandalizzaw il-karozzi f’Tal-Pietà

Read in English.

Żewġ ġuvintur inqabdu jivvandalizzaw karozzi pparkjati f’Tal-Pietà, huma inqabdu fuq CCTV u l-filmat qed idur fuq il-midja soċjali. Il-filmat juri liż-żgħażagħ jagħtu bis-sieq lill-mirja u l-bibien tal-karozzi. Il-każ seħħ fil-5:51 ta’ dalgħodu. Skont il-persuna li poġġa l-filmat fuq Facebook, saru rapporti mal-pulizija.