Żewġ ġuvintur jingħataw il-ħelsien wara li kienu akkużati b’ serq ta’ diesel

Andy James Fava ta’ 23 sena residenti l-Għarb u Christopher Anthony Mercieca ta’ 26 sena residenti n-Nadur ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li kienu akkużati li kkommettew serq ta’ diversi litri ta’ diesel.

Iż-żewġ Għawdxin wieġbu mhux ħatja li serqu d-diesel minn trakk kif ukoll li laqgħu għandhom ħwejjeg misruqa jew meħuda b’qerq. Huma ngħataw il-ħelsien mill-arrest taħt is-solitu kundizzjonijiet.