Żewġ ġuvintur jingħataw il-ħelsien wara li ffalsifikaw biljetti tal-flus

Żewġ ġuvintur ta’ 16-il sena, ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja li f’dawn l-aħħar xahrejn, iffalsifikaw xi biljetti tal-flus jew mexxewhom.

Iż-żewg ġuvintur residenti Bormla kienu akkużati wkoll li għamlu qliegħ ta’ €200 għad-dannu ta’ xi persuni u dan sar b’użu ta’ ismijiet foloz, jew billi nqdew b’qerq ieħor, jew billi urew ħaga b’oħra.

Iż-żewġ ġuvintur ingħataw il-ħelsien mill-arrest.