​Żewġ gowls ta’ Rogerinho ma kinux biżżejjed għal Luxol

Fl-ewwel logħba minn Grupp 8 tar-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Cup, Luxol ġew megħluba 5-2 mit-tim ospitant ta’ Deva.
Ir-Rumeni temmew l-ewwel taqsima b’vantaġġ ta’ tliet gowls mingħand Dumitru Stoika, Florin Matei u Marius Matei. Fil-bidu tat-tieni taqsima Alpar Csoma kompla jkabbar il-vantaġġ għal Deva.
Għaldaqstant Luxol ma rmewx ix-xugaman u rnexxielhom inaqqsu l-iskor b’żewġ gowls ta’ Rogerinho. Il-gowlkiper Toni Tonita għamilhom 5-2 u Marius Matei falla penalti fl-aħħar minuta.
Luxol jerġgħu jkunu fl-azzjoni għada fit-3.30pm kontra Araz Naxcivan tal-Ażerbajġan.