Żewġ ġirien jiġġieldu dwar raġel f’Ħal Qormi

Fil-Qorti, xehdu żewġ nisa ġirien f’Ħal Qormi, li nhar l-Erbgħa li għadda argumentaw dwar raġel, u waħda minnhom spiċċat feruta f’idejha.  Huma kienu jgħixu fl-istess sular fi blokka ta’ appartamenti.
Il-mara ta’ 31 sena m’ammettietx l-akkużi miġjuba kontriha fosthom li ppruvat toqtol lill-ġara tagħha, tfajla ta’ 24 sena, li kkawżatilha ġrieħi gravi f’idha b’sikkina, li saqet b’mod perikoluż u li kisret il-paċi pubblika.
Min-naħa tagħha, it-tfajla m’ammettietx li għamlet ħsara li tammonta €1,000 fuq il-karozza tal-mara.
Il-prosekuzzjoni qalet li ż-żewġ nisa kienu ilhom jargumentaw u fakkar f’argument li kellhom f’Paceville li kien jinkludi theddid b’SMSes.  In-nisa ngħataw il-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €3,000 u €1,000 rispettivament.