Żewġ ġenerazzjonijiet ta’ artisti Maltin fi ktieb ġdid

Ktieb ġdid dwar iż-żewġ ġenerazzjonijiet ta’ artisti Maltin ġie ppubblikat bħala parti minn proġett imniedi mill-APS Bank.
Dan il-proġett ta’ pubblikazzjoni tal-biografiji t’artisti Maltin u uliedhom se jkun mqassam fuq tliet snin.
Dr Louis Lagana’, il-kuratur u editur tal-wirja ta’ xogħolijiet iddeskriva l-ktieb “ Two Generations of Maltese Artistic Families” mhux biss bħala għodda edukattiva għall-istudenti tal-arti imma bħala mod ta’ kif jiġi ċċelebrat it-talent ta’ dawn iż-żewġ ġenerazzjonijiet.
Il-ktieb se jkun qed joffri lill-qarrej bijografiji estensivi kif ukoll kritika u informazzjoni dwar l-arti f’Malta sa mill-1930.
Iċ-Chairman tal-APS Bank qal li l-pubbliku se jkun jista’ jibqa’ jgawdi t-talent Malti u kif żewġ ġenerazzjonijiet t’artisti taw il-kontribut tagħhom lejn il-kultura lokali.
Se jkun hemm ukoll wirja miftuħa għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa (8.15am-3.30pm) u s-Sibt (8.15am-11.30am) sal-4 ta’ Diċembru.
l-ktieb jista’ wkoll jinxtara mill-uffiċċju ewlieni tal-APS Bank.