Żewġ galleriji jisfrundaw f’Marsaskala

Għall-ħabta tal-5.45pm ta’ waranofsinhar sfrundaw żewġ gallariji ta’ residenzi f’Marsaskala.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li każ seħħ fi Triq iż-Żonqor. Konsegwenza ta’ dan xi karozzi li kienu jinsabu taħt il-galleriji ġarrbu xi ħsarat.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.