Żewġ furnara Qriema jirreżistu ħalliel

Żewġ ħaddiema f’forn ġewwa Ħal Qormi rnexxielhom iżommu raġel armat li daħal fil-ħanut biex jisraqhom.
Dan il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tan-nofsiegħa, fi Triq l-Isqof Scicluna.
Jidher li r-raġel li għandu 40 sena, liebes skufja u armat bi strument li jaqta’ u bil-ponta, daħal fil-ħanut u pprova jisraq cash register li kien fiha xi flus.
Iż-żewġ persuni li f’dak il-ħin kienu qed jaħdmu fl-istess forn, irreżistew lill-ħalliel u rnexxielhom iżommuh sakemm waslet il-Pulizija fuq il-post.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Is-suspettat ġie arrrestat u għadu qed jinżamm mill-Pulizija għall-iktar stħarriġ.