Żewġ films ġodda f’Għawdex il-ġimgħa d-dieħla

Se jintwerew żewġ films ġodda t’ ispirazzjoni reliġjuża lill-publiku Għawdxi fl-Oratorju Don Bosco. Dawn il-films huma “Augustine: The Son of Her Tears”, dwar Santu Wistin u “Pope Francis: A Man of His Word”, dwar il-Papa Franġisku.

Għall-film “Augustine: The Son of Her Tears”, li se jintwera nhar il-Ħamis 4 t’Ottubru fis-7.00pm, qed tintalab kontribuzzjni ta’ €5 b’risq it-tfal insara ta’ Aleppo fis-Sirja. Il-film “Pope Francis: A Man of His Word” se jintwera nhar is-Sibt 6 t’Ottubru. Il-biljetti għal dan tal-aħħar jiswew €3.50 għat-tfal u €4.5 għall-kbar.

Iż-żewġ films huma addattati għall-familja kollha.