Żewġ familji megħjuna jmorru Lourdes b’uliedhom morda

Żewġ familji b’wild b’mard serju se jiġu megħjuna mill-kumpanija Maltco biex iżuru Lourdes.
Il-kumpanija qalet li bl-għajnuna finanzjarja tagħha, iż-żewġ familji se jingħataw il-possibiltà ta’ paċi interna li kieku ma kienx ikollhom.
Il-kap eżekuttiv ta’ Maltco, Vasileios Kasiotakis, ikkummenta li l-mard hu fost l-ikbar sfidi li dak li jkun jista’ jiffaċċja, speċjalment meta jolqot lill-membri ż-żgħar tal-familja. Spjega li Maltco tħossha onorata li tista’ tikkontribwixxi b’dan il-mod u li hi torganizza lotteriji li jappoġġjaw proġetti u dawk fil-bżonn fil-komunità.
Spjega li Maltco hi kontributur għall-Fond tal-Kawżi Ġusti b’iktar minn €8 miljun li ngħataw fl-aħħar 12-il sena wara premijiet li ma jkunux ġew irtirati. Fl-istess ħin, tgħin b’diversi inizjattivi oħra direttament fil-komunità lokali. 
Ritratt: Maltco