Żewġ eks stilel televiżivi jsiru avversarji politiċi

Oprah Winfrey takes part in a town hall meeting with Democratic gubernatorial candidate Stacey Abrams ahead of the mid-term election in Marietta, Georgia, U.S. November 1, 2018. REUTERS/Chris Aluka Berry

Żewġ eks stilel tal-televiżjoni Amerikana iżda avversarji politiċi – il-preżentatriċi Oprah Winfrey u l-President Amerikan Donald Trump daħlu fil-kampanja elettorali Amerikana, ħamest ijiem qabel l-elezzjonijiet, li juru jekk ir-Repubblikani ta’ Donald Trump hux se jżommu l-kontroll tal-kungress Amerikan.

Winfrey dehret fl-istat ta’ Georgia biex tagħti l-appoġġ tagħha lill-kandidat Demokratiku Stacey Adams biex issir l-ewwel gvernatur mara sewda fl-Istat Uniti.

L-eks preżentatriċi Amerikana tal-Talk Show qalet li kienet qed tagħti appoġġ persuna li trid iġġib bidla fl-Amerika.

Trump min-naħa tiegħu, li ħa l-fama fl-Amerika bħala stilla tar-reality TV – ‘The Apprentice’ kien fuq it-tieni ġurnata minn tour ta’ 11-il stat fit-taqtiegħa għas-Senat Amerikan.

Huwa deher f’rally f’Missouri mar-Repubblikan Josh Hawley li qed jipprova jieħu post is-senatur Demokratiku Claire McCaskill fl-elezzjonijiet tat-Tlieta li ġejjin u appella lill-votanti favur is-sens komun tar-Repubblikani.