Żewġ Eritrejani l-isptar wara ħabta

Eritrejan passiġier ta’ 35 sena weġġa gravi wara waqt li ieħor soffra ġrieħi ħfief waqt li kien f’vettura misjuqa minn ko-nazzjonal tagħhom ta’ 57 sena wara inċident tat-traffiku fil-Ħamrun.

Għal ħabta tat-tlieta u kwart ta’ filgħodu, s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq b’konsegwenza li ħabat ma’ crash barrier fi Triq ix-Xatt il-Pieta’.

Fost il-post issejħet ambulanza li ħadet żewġ irġiel mill-Eritrea l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard il-passieġier ta’ 35 sena ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi ta’ natura gravi waqt li r-raġel l-ieħor li għandu 38 sena qiegħed issofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.