Żewġ dros oħra jħallu Grupp D miftuħ u indeċiż

Minn Grupp D tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani, dro ta’ 1-1 bejn il-Kosta tal-Avorju u l-Mali u skor identiku bejn il-Kamerun u l-Ginea.
Gowl kmieni wara biss sitt minuti minn Bakary Sako, ma kienx biżżejjed għall-Mali biex jieħdu tliet punti minn din il-logħba.
It-tim tal-Mali kellu logħba tajba ħafna u kien viċin ferm ta’ rebħa mistħoqqa.
L-Avorjani ġabru punt hekk kif is-sostitut Max Gradel skurja l-gowl tad-dro fis-86 minuta.
Fit-tieni logħba mill-istess grupp, Benjamin Moujandjo fetaħ l-iskor għall-Kamerun fit-13-il minuta.
Mill-bqija ż-żewġ timijiet ma tantx offrew spettaklu u ħadd minnhom ma kellu l-kontroll assolut tal-logħba.
Fit-42 minuta Ibrahima Traore wettaq gowl mill-isbaħ, fejn b’xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa ġab id-dro bżonnjuż għall-Ginea.
B’hekk fi Grupp D, kollox irid jiġi deċiż fil-logħbiet finali meta t-timijiet kollha għandhom żewġ punti.
Intant illum ikollna l-aħħar sett ta’ logħbiet minn Grupp A, fejn il-Gabon b’erba’ punti se jimmiraw li jkunu huma fl-ewwel post, ladarba jegħlbu lill-Ginea Ekwatorjali.
Minn naħa l-oħra l-Kongo jridu jibżgħu għall-ewwel post kontra kontra l-Burkina Faso.
Ta’ min jgħid li l-erba’ timijiet kollha għandhom ċans jikkwalifikaw hekk kif kull m’hemm punt bejn kull tim.