Żewġ dros oħra fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani

Fit-tieni ġurnata tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani, fi Grupp B it-timijiet kollha bdew b’punt wara żewġ dros ta’ 1-1.
Fl-ewwel logħba, Yannick Bolasie ta’ Crystal Palace u eks Floriana fl-istaġun 2007/8, skurja l-gowl tad-dro fis-66 minuta għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Fil-fatt iż-Żambja kienu marru fil-vantaġġ wara 62 sekonda permezz ta’ Given Singuluma.
Mill-istess grupp, dro ta’ 1-1 ukoll bejn it-Tuniżija u Cape Verde.
Iż-żewġ timijiet offrew logħob sabiħ u fl-aħħar kwarta ġew skurjati żewġ gowls fi żmien qasir .
Cape Verde kellhom bidu tajjeb ħafna u laqtu l-lasta fl-ewwel minuta.
Minn naħa l-oħra t-Tuniżija kienu tajbin ħafna matul l-ewwel taqsima.
Fid-69 minuta Mohammed Ali Moncer poġġa lit-Tuneżini fil-vantaġġ.
Fil-75 minuta Cape Verde ġabu d-dro minn penalty mogħti tajjeb minn Heldon Ramos.
Illum ikollna żewġ logħbiet oħra fejn minn Grupp Ċ, il-Gana jilagħbu mas-Senegal u l-Alġerija kontra l-Afrika t’Isfel.