Read in English.
Sea-Watch appellat lill-awtoritajiet Maltin u Taljani biex isalvaw lill-immigranti abbord żewġ dgħajjes li jinsabu f’diffikultà fiż-żona ta’ Tiftix u Salvataġġ Maltija.
L-għaqda qalet li d-dgħajsa tagħha Sea-Watch 3 salvat it-tieni dgħajsa bl-immigranti li telqet mil-Libja lbieraħ filgħaxija. Qalet li b’kollox salvat 165 u jinsabu abbord Sea-Watch 3.
Minkejja din il-ħidma umanitarja mill-għaqda Sea-Watch jidher li fadal żewġ dgħajjes oħra li jinsabu f’diffikultà, bl-għaqda tgħid li dan tort tan-nuqqas ta’ Malta u l-Italja li jintervjenu. L-għaqda temmet b’appell biex l-immigranti ma jitħallewx jegħrqu.
Fis-6 ta’ Ġunju l-Gvern aċċetta li jdaħħal l-immigranti li kienu ilhom għal 40 jum bejn sema u ilma fuq il-bastimenti tal-Captain Morgan.