​Żewġ ċertifikati mhux wieħed għall-gradwati tal-ITS

Aktar minn 250 student gradwaw mill-Istitutgħall-Istudji Turistiċi (ITS). Din is-sena ggradwaw id-doppju meta mqabbel mas-sena li għaddiet.
Waqt iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni fid-Diploma in Food Preparation and Production Operations l-istudenti mhux biss ħadu ċertifikat tad-diploma iżda wkoll iċ-ċertifikat diġitali Blockcerts.
Blockcerts huwa l-ewwel programm pilota fl-Ewropa li jagħti l-opportunità lil dawn l-istudenti li jibagħtu ċ-ċertifikati tagħhom b’mod diġitali.
Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech faħħar lill-istudenti u qal li jinsab ferm kuntent li ħafna ddeċiedew li jkomplu bl-istudji tagħhom fl-istitut stess wara din il-gradwazzjoni.
F’kuntrast mal-Università ta’ Malta fejn il-maġġoranza tal-gradwati huma nisa, mill-ITS gradwaw iktar irġiel u jammontaw għal 53%.
Il-gradwazzjoni saret f’Dar il-Mediterran u kien hemm preżenti l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi.
Ritratt: ITS