Żewġ Bulgari akkużati li serqu ħwienet tal-logħob

Żewġ Bulgari, residenti San Ġiljan ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja li wettqu serqiet minn tliet ħwienet tal-logħob.
Huma kienu akkużati li l-Ġimgħa filgħaxija serqu ħanut tal-logħob Izibet fl-Imsida u li żammu impjegati kontra r-rieda tagħhom u heddewhom li joqtluhom.
Kienu akkużati wkoll li wettqu żewġ serqiet oħra, nhar it-23 ta’ Novembru u nhar il-Milied, f’ħanut ieħor Izibet, fin-Naxxar.
Fit-tliet serqiet kienu akkużati li kellhom arma tan-nar mingħajr liċenzja.  
L-avukat Yanika Bugeja talbet għall-ħelsien mill-arrrest,iżda l-prosekuzzjoni ma laqgħetx it-talba minħabba l-gravità tar-reati mwettqa u minħabba li t-tnejn li huma għandhom rabtiet barra l-pajjiż.