Żewġ bugħaddasa f’diffikultà; jirrifjutaw l-assistenza medika

Noel Formosa

Għall-ħabta tan-12.30pm, żewġ bugħaddasa sabu ruħhom f’diffikultà fid-Dwejra Għawdex.

Kelliema għall-pulizija qalet li ż-żewġ irġiel li huma ta’ nazzjonalità barranija bdew jitolbu għall-għajnuna wara li sabu ruħhom f’diffikultà. Huma ngħataw l-għajnuna minn dgħajsa li kien hemm viċin tagħhom li wasslithom sal-art.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza, madankollu ż-żewġ irġiel irrifjutaw l-assistenza medika.

Noel Formosa