Żewġ bouncers b’sentenzi sospiżi ta’ ħabs

Żewġ bouncers weħlu sentenzi sospiżi ta’ ħabs b’rabta ma’ incident ta’ swat f’Paceville fi Frar ta’ sentejn ilu. Il-bouncers huma Nicolae Dobra, Rumen ta’ 24 sena u Miroslav Sasiċ ta’ 28 sena mill-Kroazja.

L-inċident f’Paceville seħħ meta raġel ta’ 20 sena – Nicholas Aquilina mill-Marsa – kien sofra ġrieħi gravi, filwaqt li ħabibtu Larkin Stafrace sofriet ġrieħi ħfief meta nqala’ argument fi stabbiliment kummerċjali. Huma tressqu quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u l-irġiel qalu li mhumiex ħatja.

Wieħed mill-irġiel kien ammetta l-ewwel, u iktar tard it-tnejn ammettew il-ħtija tagħhom. Huma weħlu sentenza ta’ ħabs sospiża għal sentejn, fejn il-Kroat weħel 24 xahar ħabs, filwaqt li r-Rumen 22 xahar.