Żewġ bombi kbar ippjanati biex jolqtu sptar f’Sydney kif ukoll uffiċċju ta’ kirurgu

Żewġ bombi kbar, akbar minn dawk li ntużaw fl-attakki ta’ Boston tpoġġew bl-intenzjoni li jtajru sptar f’Sydney kif ukoll uffiċċju ta’ kirurgu tal-għajnejn tant magħruf.

Dan kien żvelat fil-qorti fl-Awstralja meta sar magħruf li l-bombi kellhom jisplodu fis-6 t’April fis-1:48pm iżda ma kienux laħqu tpoġġew fil-postijiet propji tagħhom. Jirriżulta li jiem qabel mal-bombi kellhom jisplodu, bil-konsegwenza li jikkawżaw diżastru, l-akkużat ta’ 42 sena kien se jħalli l-Awstralja għal Malta.

Il-pulizija kienu qed jippreparaw biex ir-raġel jiġi estradit minn Malta iżda laħaq ġie arrestat fl-ajruport ta’ Sydney fl-Awstralja meta pprova jiġi lura Malta. Intqal ukoll li l-akkużat kien ilu jingħata l-kura f’għajnejh għal xi żmien, iżda wara intervent mill-kirurgu, x’aktarx li l-kundizzjoni tar-raġel marret għall-agħar.