Żewġ bolli biex ifakkru l-50 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tal-Papa

TId-disinn taż-żewġ bolli li jfakkaru l-ordinazzjoni saċerdotali tal-Papa Franġisku

Fit-13 ta’ Diċembru li ġej, il-Papa Franġisku jiċċelebra l-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu u għal din l-okkażżjoni l-Uffiċċju Filateliku Numismatiku tal-Vatikan se joħroġ żewġ bolli ġodda.

Il-bolli li d-disinn tagħhom hu xogħol il-pittur Franċiż Raul Berzosa u l-bolli ħarġu nhar it-Tnejn li għadda.

L-ewwel bolla b’valur ta’ €1.10 tirriproduċi ritratt ta’ Jorge Bergoglio żagħżugħ. Dakinhar tat-13 ta’ Diċembru 1969, lejlet it-Tielet Ħadd tal-Avvent (Il-Ħadd tal-Ferħ), għalih kienet ġurnata ta’ ferħ kbir, spjega l-artist.

Bergoglio żagħżugħ

Fuq in-naħa tal-lemin tal-figura ta’ Bergoglio tidher il-Bażilika ta’ San Ġużepp ta’ Flores għax f’jum tar-rebbiegħa, waqt li kien miexi Bergoglio għadda minn fejn din il-knisja u daħal iqerr. “Kien f’dik il-knisja u f’dak il-mument li nduna li Alla kien qed isejjaħlu u telaq minn hemm, konvint li jrid isir qassis”, spjega l-artist minn Malaga.  

Fuq in-naħa l-oħra tal-figura tal-qassis hemm waħda mill-akbar devozzjonijiet tal-Papa Franiġisku – il-Madonna li tħoll l-għoqiedi. Bergoglio kien ħa stampa ta’ din il-Madonna waqt wieħed mill-vjaġġi tiegħu fil-Ġermanja meta sar jaf dwarha. Il-pittura għandha sfond fil-blu li jissimbolizza l-Arġentina.

It-tieni bolla

It-tieni bolla li għandha valur ta’ €1.15 għandha stampata fuqha ritratt ta’ Jorge Bergoglio

bħala Papa. Din il-pittura hi dedikata għall-Ħniena.

Il-Papa jidher mill-faċċata ibierek lin-nies.  Ħdejh hemm Kristu tal-Ħniena – devozzjoni kbira oħra tiegħu tant li dan urih meta ddikjara s-Sena tal-Ħniena.  Fuq ix-xellug tad-disinn tidher il-faċċata tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-kuluri abjad u isfar huma predominanti f’din il-

L-artist fakkar li din mhux l-ewwel darba li l-Vatikan qabbdu biex jagħmel pitturi li jikkommemoraw xi ħaġa tal-Papa Franġisku. Fl-2016 kien kummissjonat biex jagħmel pittura fl-okkażżjoni ta’ għeluq it-80 sena tal-Papa. Hu ddisinja wkoll bolli fl-okkażżjoni tal-50 anniversarju tal-Enċikilika “Populorum Progression” tal-Papa San Pawlu VI u sett bolli oħra li jfakkru l-ħames ċentinarju mit-twelid ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, ta’ San Filippu Neri u l-Għid 2018.

Barra minn dan, ħafna xogħolijiet ta’ Berzosa intużaw biex jillustraw il-qoxra ta’ libretti taċ-ċerimonji li jsiru fil-Vatikan u din is-sena ntużat pittura oħra għall-ktejjeb tal-Via Crucis li l-Papa għamel fil-Colosseum fil-Ġimgħa l-Kbira.