Żewġ bdoti jorqdu waqt titjira

Ajruplan mimli bil-passiġġieri tħalla fuq is-sistema autopilot wara li ż-żewġ bdoti ddeċidew li jorqdu.

Minkejja li l-użu ta’ din is-sistema huwa aċċettabli, jidher li ż-żewġ bdoti raqdu fl-istess ħin bil-konsegwenza li l-ajruplan tħalla jtir waħdu mingħajr l-ebda superviżjoni għal ħin twil.

L-Awtorita` tal-Avjazzjoni Ċivili (CAA), qalet li kienu l-bdoti stess li rrapurtaw dan il-każ, bil-għan li l-kumpanija tal-ajru li jaħdmu magħha tirrevedi s-sistema tax-xiftijiet.

Il-problema ta’ għeja fost il-bdoti saret magħrufa wara studju li sar mill-unjin tal-bdoti Balpa.

Fl-istħarriġ irriżulta 45% tal-bdoti batew minn għeja kbira. Mill-istudju jirriżulta wkoll li numru ta’ bdoti ma jirrapurtawx każijiet simili għax jibżgħu li jkunu kkastigati.