Żewġ awli ġodda oħra fil-Qorti

Wara investiment ta’ €200,000 tlesta x-xogħol fuq żewġ awli ġodda fil-Qrati.
Il-Ministeru għall-Ġustizzja qal li b’hekk se jkunu jistgħu jsiru iktar seduti u jkompli jonqos il-backlog tal-kawżi. 
Qal li b’hekk f’inqas minn sena se jkunu tlestew tliet awli ġodda.