Żewġ attakki tal-ISIS jisfumaw fix-xejn

Ħames membri tal-Istat Iżlamiku ġew arrestati dwar kumplott biex jattakkaw żewġ ambaxxati fin-Niġerja.
L-attakki kienu ppjanati li jsiru fuq l-ambaxxata Ingliża u dik Amerikana, fil-kapitali Abuja.
B’rabta ma’ dawn il-pjanijiet ta’ attakki terroristiċi, id-Dipartiment tal-Istat ħareġ twissija fuq l-ivvjaġġar lejn in-Niġerja. Fost l-oħrajn wissa li l-grupp Boko Haram għandu fil-mira tiegħu entitajiet tal-gvern.
Waħda mill-fazzjonijiet tal-Boko Haram għandha rabtiet mal-ISIS, u kienet tuża t-tfal, l-aktar bniet, biex jagħmlu l-attakki suwiċida.