Żewġ attakki f’Damasku jħallu ħerba

Mill-anqas 45 persuna nqatlu u oħrajn feruti f’żewġ attakki f’Damasku.
Iż-żewġ attakki seħħu viċin l-eqdes santwarju fis-Sirja, Shia, meta żewġ persuni għamlu attakki suwiċida fl-inħawi.
L-istazzjon televiżiv tal-Gvern fis-Sirja wera diversi xeni ta’ binijiet jaqbdu u karozzi mfarka madwar il-post kmieni l-Ħadd filgħodu.
Dan il-post fin-Nofsinhar tal-belt huwa magħruf sew għall-pellegrinaġġi mill-Iran, il-Lebanon u minn diversi pajjiżi oħra Musulmani.
L-isplużjonijiet seħħu waqt li r-rappreżentanti tal-Gvern Sirjan u membri tal-Oppożizzjoni jinsabu f’Ġinevra għall-ewwel taħdidiet ta’ paċi wara sentejn.