Żewġ atleti żgħar tal-BMX jikkompetu fl-Italja

Żewġ sewwieqa tal-BMX, Jacob Zerafa u  Aiden Chetcuti marru f’Rivignano fl-Italja biex jikkompetu f’Rawnd 1 u 2 tal-Alpeadria BMX Championship 2019.  Din il-kompetizzjoni lil dawn iż-żgħażagħ jieħdu aktar esperjenza u jkomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom.

Fiż-żewġ kategoriji ħadu sehem 25 sewwieq. Jacon Zerafa spiċċa fis-seba’ post fil-kategorija tiegħu ta’ bejn id-9 u l-10 snin, filwaqt li Aiden Chetcuti spiċċa fil-15 il-post fil-kategorija tiegħu ta’ bejn il-11 u t-12 il-sena.

Zerafa irnexxielu jikkwalifika għall-fażi finali ta’ Grupp A meta spiċċa fit-12 il-post. Fil-finali, Zerafa kompla jiprogressa u spiċċa fis-seba’ post. Għal Chetcuti din kienet l-ewwel esperjenza tiegħu f’kompetizzjoni ta’ din ix-xorta u kellu debutt xi ftit diffiċli hekk kif spiċċa fit-23 post biex b’hekk ħa sehem fil-finali ta’ Grupp B. Huwa rnexxielu jtejjet il-pożizzjoni tiegħu meta spiċċa fis-6 post u fil-15-il post fil-klassifika ġenerali.