Żewġ atleti Maltin b’suċċess barra minn Malta

Ilbieraħ, Alixander Schembri kiseb it-12-il post f’tiġrija ta’ 80km ġewwa Salt Lake, fit-Turkija. Huwa pparteċipa ma mijiet ta’ parteċipanti oħra u rnexxielu jlesti l-pirja fil-ħin ta’ 11-il siegħa u 34 minuta.

Fl-istess ġurnata, atleta Malti ieħor, Fabio Spiteri, sar l-ewwel Malti li rnexxielu jlesti l-World Championship Triple Ironman. Huwa spiċċa fl-14-il post min 54 parteċipant u lesta 11.4km t’għawm, 540km bir-rota u 126 ġiri.