Żewġ applikazzjonijiet quddiem l-MTA biex lukandi ‘jogħlew ’il fuq’

L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) bħalissa għandha quddiemha żewġ applikazzjonijiet minn sidien ta’ lukandi bil-għan li jgħollu sulari ‘l fuq mill-bini eżistenti.
Il-lukandi jew kumplessi turistiċi li jixtiequ jkabbru l-operat tagħhom, jinsabu f’San Ġiljan u f’San Pawl il-Baħar.

Dan ħareġ minn tweġiba li ta l-Ministru tat-Turiżmu Karmenu Vella fil-Parlament għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Karmenu Vella qal li kemm-il darba dawn l-applikazzjonijiet jiġu approvati, ikunu jfissru ż-żieda ta’ 136 kamra jew 274 sodda għal skopijiet turistiċi fil-pajjiż.