Aġġornata: Żewġ anzjani mill-Imqabba bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Gudja

Koppja anzjana mill-Imqabba kellha tittieħed l-isptar għall-kura wara li kienet involuta f'ħabta fil-bypass tal-Gudja.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:50pm meta għal xi raġuni l-karozza li kienu fiha kellha mpatt ma' karozza oħra misjuqa minn raġel ta' 43 sena minn Ħal-Għaxaq.
Il-karozza tal-anzjani kienet misjuqa minn raġel ta' 80 sena u miegħu kellu passiġġiera mara ta' 77 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku b'ambulanza li ħa liż-żewġ anzjani l-isptar għall-kura.
Hemmhekk huma ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta' natura gravi.