Aġġornata bir-ritratt: Żewġ anzjani gravi wara inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Żewġ anzjani qed isofru minn ġrieħi gravi wara li baqgħu deħlin f'arblu bil-vettura li kienu qed isuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am fi Triq il-Mistra, San Pawl il-Baħar.
Għal xi raġuni l-vettura, li kienet qed tinstaq mill-mara ta' 62 sena residenti r-Rabat Għawdex, baqgħet dieħla f'arblu tad-dawl fi triqitha lejn il-Mellieħa.
Mal-mara kien hemm raġel ta' 71 li wkoll joqgħod ir-Rabat Għawdex.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lill-anzjani mill-karozza, filwaqt li ssejjaħ tim mediku sabiex jassistihom.
Huma ttieħdu Mater Dei, fejn aktar tard ġew iċċertifikati li qed isofru mill-ġrieħi msemmija.
Ritratt: CMRU