Żewġ anzjani l-isptar wara ħabta fis-Siġġiewi

Żewġ anzjani, raġel ta’ 67 sena u mara ta’ 63 sena t-tnejn mis-Siggiewi ttieħdu l-isptar Mater Dei wara ħabta fi Triq Mons Mikiel Azzopardi fis-Siggiewi stess.

Skont informazzjoni mill-Pulizija, l-ħabta seħħet għal ħabta tas-7am fil-bypass tas-Siggiewi qrib l-ispeed camera. Il-kundizzjoni tas-sewwieqa mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.