F’ġurnata jmutu 4 persuni bil-Covid-19

Aġġornat 09:09 AM

Read in English.

4 persuni mietu bil-Covid-19. Il-Ministeru għas-Saħħa qal dan f’żewġ stqarrijiet separati bl-aħħar waħda tkun illejla fid-9pm. Il-vittmi kellhom 63, 83,86 u 87 sena.

It-total ta’ imwiet f’Malta bil-coronavirus issa tela’ għal 69 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar kif l-ewwel każ kien ta’ anzjan ta’ 86 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess miet aktar kmieni llum f’Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 87 sena li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada, t-2 ta’ Novembru wkoll miet aktar kmieni llum.

Fit-tielet każ raġel ta’ 63 sena, li ddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-12 ta’ Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dak in-nhar stess. Huwa miet aktar kmieni llum fl-isptar Mater Dei. Huwa kien ibati minn mard kroniku ieħor.

Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 83 sena ttestja pożittiv fl-1 ta’ Novembru. Huwa miet aktar kmieni llum fl-isptar Monte Carmeli fejn l-anzan kien residenti u baqa’ jingħata kura.

Il-Ministeru għas-Saħħa bagħat il-kondoljanzi lill-familjari u jibqa’ jappella biex il-poplu jkun prudenti u jobdi l-miżuri ta’ prevenzjoni.