Żewġ anzjani jmutu bil-COVID-19; Total ta’ vittmi tela’ għal 196

mater dei

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani oħra mietu kawża tal-COVID-19.

B’hekk ġie kkonfermat li l-ammont ta’ vittmi issa żdied għal 196.

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 82 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjana ta’ 85 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex anke matul din il-ġimgħa tal-Milied nibqgħu viġilanti u nsegwu l-miżuri ta’ prevenzjoni hekk biss nistgħu nipproteġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.