Żewġ ajruplani oħra minn Tripli għal Malta

Ftit tal-ħin ilu, fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta għadu kif niżel ajruplan li telaq minn Tripli, u fil-ħin li ġej mistenni jinżel ajruplan ieħor.
Newsbook.com.mt hu infurmat li wieħed minn dawn l-ajruplani huwa tal-Gvern Libjan u niżel Malta għal ħabta tas-sija ta’ waranofsinhar.
Għadu mhux magħruf minn huma l-passiġġieri u għal xiex niżel Malta.
Intant ajruplan ieħor, din id-darba tal-linja tal-ajru Petro Air jinsab fi triqtu lejn Malta u mistenni jillandja fil-ħin li ġej.
Fiż-żewġ każi għadha mhix magħrufa r-raġuni u minn kien abbord fuq dawn it-titjiriet.
Kelliema għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qalet ma’ Newsbook.com.mt li m’għandhiex dettalji dwar dawn l-ajruplani.
Madwar 100 Malti għadhom fil-Libja. Jidher li dawn għażlu huma li jibqgħu hemm u jekk jaċċettaw il-Gvern jidher li se jipprovdi titjira aktar tard illum.