Żewġ ajruplani militari jaħbtu f’xulxin fl-Italja

Fl-Italja, żewġ ajruplani tat-tip tornado tal-Armata ħabtu f’xulxin fl-ajru fuq Ascoli Picena.
Iż-żewġ ajruplani kienu qed jieħdu sehem f’taħriġ u ħabtu waqt li kienu qed jittajru.
Abbord kien hemm erba’ membri tal-Armata u bħalissa għaddejja tfittxija għalihom.
Hu mifhum li l-ajruplani militari kienu qed jittajru fil-baxx ħafna, u kienu mistennija jmorru lura fil-bażi ta’ Ghedi fi Brescia wara t-titjira.
Fil-bidu kien rappurtat li ż-żewġ  bdoti rnexxielhom joħorġu mill-ajruplani qabel il-ħabta, iżda din l-aħbar s’issa ma ġietx ikkonfermata.
Fil-post fejn waqgħu l-ajruplani waslu ħaddiema tat-tifi tan-nar.