Żewġ ajruplani jitniżżlu f’Atlanta wara theddid ta’ bombi

Fighter jets tal-Istati Uniti akkumpanjaw żewġ ajruplani tal-passiġġieri biex jinżlu f’ajruport f’Atlanta fl-Istati Uniti, wara żewġ theddidiet ta’ bomba.
Il-passiġġieri tniżżlu minn fuq l-ajruplani u wara li saret tfittxija, ma rriżulta li kien hemm xejn u għalhekk l-ajruplani komplew bil-vjaġġ tagħhom.
L-Ajruplani tal-kumpaniji Delta u Southwest tniżżlu fl-Ajuport Internazzjonali ta’ Hartsfield-Jackson.
Uffiċjali qalu li theddid sar fuq Twitter u kienu kreddibli ħafna.
It-theddidiet tal-lum seħħew ħamest ijiem wara theddid simili sar fuq żewġ ajuplani oħra tal-kumpanija Delta.
Wieħed minn dawn l-ajuplani kien nieżel fl-Ajruport ta’ John F. Kennedy fi New Yowk minn San Fransicso, filwaqt li l-ieħor kien wasal biex jitlaq mill-Ajruport ta’ New York għal Tel Aviv.