Żewġ ajruplani jagħmlu kuntatt ma xulxin f’ajruport Awstraljan

Kontrolluri tal-ajru fl-Awstralja qed jinvestigaw kuntatt li kien hemm bejn żewġ ajruplani li kienu mal-art fl-ajruport ta’ Melbourne.

L-ajruplani huma jets tal-kumpanija Virgin u l-ieħor tal-kumpanija Jetstar li f’ħin minnhom kellhom kuntatt ma xulxin waqt li kienu jinstaqu fuq l-art.

Ajruplan minnhom ma kellux passiġġieri abbord.

L-ebda passiġġier jew membru tal-ekwipaġġ ma ndarab f’dan l-inċident. Madankollu uffiċjali tal-emerġenza taw l-għajnuna immedjata tagħhom u kkontrollaw is-sitwazzjoni.