Żewġ aħwa taħt l-20 isiru ommijiet fl-istess jum

Żewġ aħwa żgħar fl-Ingilterra saru ommijiet għall-ewwel darba ftit tas-sigħat ’il bogħod minn xulxin, fl-istess sptar.
Għall-bidu, iż-żewġ tfajliet kellhom iwelldu t-trabi tagħhom bi 12-il jum differenza, iżda meta Lauren Brennan ta’ 20 sena, kienet waslet biex titwieled it-tifla tagħha Sofia, oħtha Lilly Brennan ta’ 17, spiċċat welldet hi ukoll, hekk kif kellha t-tifel, Jaiden ftit tas-sigħat biss wara oħtha.
Missier Lilly u Lauren qal li kien ilu jistenna biex isir nannu għal snin twal. Hu qal li meta uliedu qalulu li kienu qed jistennew tarbija urihom is-sapport kollu li kellhom bżonn iżda spjega li bintu ż-żgħira bdiet tibża’ tgħidlu dwar it-tqala.
Hu spjega kif meta Lauren daħlet l-isptar biex twelled, Lilly marret magħha, iżda ftit wara  reġgħet lura d-dar sabiex tiltaqa’ ma xi ħbieb tagħha. Hekk kif waslet id-dar indunat li kien wasal ħinha wkoll biex twelled.
Dan wassal sabiex it-trabi twieldu ħames sigħat ’il bogħod minn xulxin.
Ritratt: Liverpool Echo