Żewġ aħwa jħallsu b’ċekkijiet foloz

Żewġ aħwa tressqu l-Qorti akkużati li ffrodaw sitt kumpaniji, permezz ta’ ċekkijiet foloz biex xtraw fost l-oħrajn settijiet tat-televiżjoni u barbikjus.  L-ammont jaqbeż is-€6,500.
Iż-żewġ aħwa, wieħed ta’ 34 sena mill-Ħamrun u l-ieħor ta’ 45 sena mill-Furjana ammettaw l-akkużi miġjuba kontrihom.
L-aħwa ġew ikkundannati sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin.