Żewġ aħwa jegħrqu f’pixxina ta’ lukanda fil-Greċja

Żewġ aħwa Franċiżi għerqu f’pixxina ta’ lukanda fil-gżira Griega ta’ Rodi.

L-aħwa, li kellhom 17 u 20 sena rispettivament instabu mitlufa minn sensihom f’waħda mill-pixxini tal-lukanda. Huma ttieħdu l-isptar b’ambulanza fejn ġie kkonfermat li kienu mejta. Ir-raġuni u ċ-ċirkostanzi dwar il-mewt tagħhom għadhom qed jiġu investigati.

Ġew interrogati maniġer tal-lukanda u lifeguard, li ma kienx preżenti meta ġara l-każ.

L-aħwa kienu ilhom fuq btala flimkien mal-ġenituri tagħhom u żewġ ħuthom iżgħar minnhom mit-28 ta’ Lulju.

Il-midja Griega rrappurtat li l-ġenituri qalu lill-Pulizija li wliedhom ma kinux jafu jgħumu.