Żewġ Afrikani jinġiebu Malta mill-FAM

Madwar siegħa ilu żewġt irġiel Afrikani ddaħħlu Malta mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Iktar kmieni waranofsinhar, il-FAM ġew infurmati mill-forzi marittimi Taljani li bastiment tal-merkanzija kien għadu kemm salva xi immigranti.
L-Afrikani ttellgħu mill-FAM bil-ħelikopter, fejn kien hemm ukoll preżenza ta’ tabib.
Huma ttieħdu Mater Dei għal aktar kura.  

Ritratti : WO Norman Scibberas