​Zenit: “Grazzi ta’ kollox Luciano Spalletti”

Ġiet fi tmiemha l-avventura tal-kowċ Taljan Luciano Spalletti mat-tim Russu ta’ Zenit.
Spalletti beda f’Diċembru tal-2009 u dan l-aħħar ma tantx kellu riżultati sodisfaċenti.
Nhar il-Ħadd li għadda Zenit ġew dro ta’ 0-0 mat-tim ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika Tomsk u niżlu fit-tieni post.
Barra minn hekk Zenit ftit għandhom ċans fiċ-Ċampjins Lig meta tilfu 2-4 kontra l-Ġermaniżi ta’ Borussia Dortmud.
Zenit ilhom neqsin mir-rebħ ta xi titlu mis-sena li għaddiet li fiha ma rebħu xejn.
Madankollu Spalletti ma’ Zenit rebaħ żewġ kampjonati, tazza u super cup nazzjonali.
Sergei Semak, li kien plejer ma’ Zenit sa’ Ġunju li għadda u rtira minn plejer, se jieħu post Spalletti. 
Minn naħa tagħhom Zenit irringrazzjaw ħafna lil Luciano Spalletti għal dak kollu li għamel magħhom.