Zelda Williams tagħti l-aħħar tislima lil missierha

L-attriċi Zelda Williams, bint Robin Williams tat l-aħħar tislima lil missiera pubblikament permezz ta’ messaġġ fuq Twitter.
Il-messaġġ tagħha wasal ftit ħin wara dak li kien jidher bħala suwiċidu li wettaq missierha.
Fuq Twitter, Zelda kitbet hekk: “Inħobbok. Se nimmisjak u se nipprova nibqa’ inħares ‘l fuq.”
Mal-messaġġ kien hemm kwotazzjoni ta’ Antoine De Saint-Expury.
Inzerta li l-aħħar messaġġ li kiteb Robin Williams fuq Twitter kien indirizzat lejn bintu biex jawguralha awguri f’għeluq sninha.