Żekkin jaqbad l-ewwel flus mhux iddikjarati

Read in English.

Żekkin, il-kelb tar-razza Labrador, li f’Settembru li għadda ngħaqad mat-taqsima tal-K9 illum wettaq l-ewwel operazzjoni tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Żekkin li għandu sentejn ingħaqad mat-tim wara li lesta t-taħriġ tiegħu fl-Ingilterra.

Fi stqarrija l-uffiċċju tad-dwana spjega li Żekkin sab €16,295 f’bagalja ta’ Indoneżjan li ma kinux iddikjarati. Meta l-uffiċjali staqsew lir-raġel kemm għandu flus fil-bagalja huwa qal li kellu €3,000. Wara tfittxija li saret l-uffiċjali tad-dwana kontra l-ħasil ta’ flus sabu li kien hemm €16,295 mhux iddikjarati.

L-Indoneżjan li kien se jaqbad titjira għal Istanbul qabel li ma jitressaqx il-Qorti u ngħata multa skont il-liġi ta’ Malta.

Id-dwana Maltija rringrazzjat lill-Bank Ċentrali ta’ Malta li ħallas għal dan il-kelb. Huma jinsabu ħerqana li l-kelb jieħu sehem f’aktar operazzjonijiet ta’ dan it-tip.