Żejt tal-Palma rtirat mis-suq

Is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika qalet li qed tirtira mis-suq żejt tal-Palma Afrikan minħabba li fih livelli għoljin ta’ idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (PAHS).

Is-Sovrintendenza qalet li l-prodott African Palm Oil Regular tad-ditta Praise ġie dentifikat mis-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf waqt li qed tinforma l-pubbliku li dan il-prdott m’għandux ikun konsmat.

Iż-żejt li jiġi fi flixkien tal-plastic jiskadi fl-aħħar ta Diċembru 2021 u jasal mill-Għana